IL-KORS TAL-PELLEGRIN NISRANI
DAHLA
Wiehed jisthajjel f'edana l-pellegrinagg li qieghed jissieheb f'edana l-Pellegrinagg li ghandna ghall-eternita' ma' Gesu' Kristu fil-kors tal-hajja temporali tieghu, billi jieqaf bil-hsieb tieghu fuq kull stat li fih kien Kristu u jara x'jista' jitghallem minnu.
Gesu' Kristu l-Imghallem Divin taghna, ghandna bhala veri skulari tieghu, nimitawh fl-ezempji li hallielna u nipprattikaw bil-ghajnuna divina tieghu, dak li huwa ghallimna ghall-glorja ta' Alla u ghas-sahha tal-proxxmu u ghall-vera paci tar-ruh taghna u sabiex wiehed jitheggeg li jimxi warajh iqawwi fih innifsu l-fidi lu huwa Alla nkarnat.
Dan il-kors jinqasam fi bcejjec minn hajjiet Kristu u f'taghlim tieghu; kull waqfa senjata bin-numru li jsir tul il-kors tokkupa l-hsieb b'xi bicca minn hajtu u kull waqfa senjata bl-ittra tokkupoa l-hsieb b'xi taghlima tieghu. Il-kors huwa ordinat successivament b'hames numri u bl-ittra wahda minn passag tul wiehed ghal iehor.
Wara kull esposizzjoni minn hajjet Kristu jew mit taghlim tieghu tinghata pawsa biex wiehed jieqaf jahseb jew jirrifletti u jitghallem u jipproponi xi gid lilu nnifsu u mbaghad jaghmel talba skont is-suggett espost.
Dan it-tahrig huwa antik wisq fost l-insara li huwa biss pprattikat fil-Via Sagra, pero' f'dan il-kors skont l-ispirtu ta' Sant' Injazju huwa mifrux u estiz fuq il-hajja kollha tas-Sinjur taghna Gesu' Kristu.
Jista' wiehed jaghmlu wahdu jew ma' ohrajn: pero' huwa rrakmandat wisq li jsir ma' ohrajn biex joktor dejjem izjed fl-insara l-Ispirtu ta' Gesu' Kristu li minghajru hadd ma jista' jkun ta' Gesu' Kristu, skont kif jghallem San Pawl.
Waqfiet wiehed jaghmel kemm irid: pero' inqas ighajja fil-hsieb, jekk inqas jaghmel kuljum. Hija haga tajba li wiehed jiehu hames numerati u wahda litrerata kull darba: u kull espisodju u kull Taghlima ghandhom jinqraw darbtejn ghall-ghajnuna tal-fantasija u ta' l-intelligenza.
Wara l-Invitatorju, wiehed jisthajjel li qieghed jibda jimxi wara Kristu, jitlob hniena lill-Missier, u lill Kristu u lill-Ispirtu Santu: ghal tlett darbiet jghid: Kyrie eleison: ghal tlett darbiet jgid: Christe eleison u ghal tlett darbiet jghid Kyrie eleison u mbaghad jaghmel il-Waqfa. Jghaddi minn Waqfa ghal ohra jghid din it-talba ta' hniena ghal disa' darbiet.
L-Invitatorju jigi dejjem ripetut kull darba li wiehed ikun irid ikompli l-Kors fejn ikun halla, jekk ikun qatghu ghal spazju ta' izjed minn siegha.
Meta wiehed jaqta' fil-Kors jghid lil Marija Ssma: NIfirhulek O Marija ghax inti sibt grazzja quddiem Alla, li Vergni nissilt fik Alla u bniedem u tajtulna b'Salvatur u b'Imghallem taghna.
V. Benedicamus Domino
R. Deo gratias.
R. Deo gratias.
DAN HUWA L-INVITATORJU:
Nakkumpanjaw lis-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fil-kors tal-hajja tieghu.
Nitolbuh li jaghtina d-dawl ta’ l-gherf tieghu, u li jheggeg il-qalb taghna bin-nar ta’ l-imhabba tieghu.
U nadurawh, u mberkuh, u nirringrazzjawh, ghaliex huwa Alla taghna u ahna skulari tieghu.
+ Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu Santu. Amen.
Mulejja, nemmen fik, u nitma fik, u nhobbok fuq kollox u nindem b’qalbi kollha minn dnubieti ta’ hajti kollha.
(Lill-Missier) Mulej hniena
(Lil-Iben) Kristu hniena
(Lil-Ispirtu Santu) Mulej hniena.
V. Nimxu ‘l quddiem fil-paci.
R. Fl-isem ta’ Kristu. Amen.
Mulej hniena, Mulej hniena, Mulej hniena
Kristu hniena, Kristu hniena, Kristu hniena,
Mulej hniena, Mulej hniena, Mulej hniena
TINGHAD IL-WAQFA (EPISODJU U TALBA) U WIEHED IMBAGHAD JISPICCA HEKK:
Gesu’ Bin Alla. Henn ghalina
Gesu’ Bin David Salvana
Gesu’ Bin Omm Vergni Isma’ t-talb taghna
Marija Omm Alla Itlob ghalina.
Kull unur u kull glorja permezz ta’ Gesu’ Kristu, u ma’ Gesu’ Kristu, u f’Gesu’ Kristu huwa lilek O Alla Missier Ommnipotenti, flimkien ma’ l-Ispirtu Santu ghall-dejjem ta’ dejjem.
R. Amen
Jinghad il-Proponiment
Nifirhulek O Marija ghax inti sibt grazzja quddiem Alla, li Vergni nissilt fik Alla u bniedem u tajthulna b’Salvatur u b’Imghallem taghna.
Benedicamus Domino
Deo gratias.