waqfa numru 103- GESU' U L-HARAG LIL CESARE
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu issod il-fomm ta' xi nies li biex jonsbuh staqsewh jekk kellhomx ihallsu il-harag, billi jghidilhom li jaghtu lil Alla dak li hu ta' Alla u lill-Cesare dak li hu ta' Cesare, wara li wegbuh li x-xbiha tal-munita li wreh kienet ta' Cesare. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nobdu f'kollox lil Alla u lis-superjuri taghna li jirraprezentawh. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ma nqarrqu b'hadd la fil-kejl u la fil-prezz u l-anqas fil-kwal;ita' ta' l-oggetti.
DEO GRATIAS.