waqfa numru 110- GESU' JAHSEL SAQAJN L-APPOSTLI
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu bhala seftur jghaddi jahsel saqajn l-appostli u wara jghidilhom li kif ghamel hu, Imghallem u Mulej, huma jaghmlu wiehed lil iehor. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li kull wiehed minna jifhem li ma giex fid-dinja ghalih innifsu, izda biex jaqdi ukoll dmiru lejn il-proxxmu. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ma noqghodu qatt fil-ghazz.
DEO GRATIAS.