waqfa numru 118- GESU' JITLAQ LEJN IL-GETSEMANI
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu mal-hdax tieghu sejrin lejn l-Ort tal-Getsemani u fit triq ihabbrilhom li dik il-lejla ilkoll jabbandunawh meta jarawh arrestat u lil Pietru jghidlu li tlett darbiet kellu jichdu meta jkun idden is-serduq wara li kien assigurah li jibqa' mieghu u li jmut ukoll ghalih. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ma nafdaw qatt fil-hila taghna. AMMEN.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nghixu dejjem bezghanin.
DEO GRATIAS.