waqfa numru 120- GESU' FL-ORT TAL-GETSEMANI (2)
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fl-Ort tal-Getsemani wiccu ma' l-art marbut dejjem mal-volonta' tal-Missier tieghu jitolbu ghal tlett darbiet biex jekk jista jkun iwarrab minnu l-kalci li hejjielhu. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li f'kollox barra mid-dmub, nilmhu dejjem il-volonta tieghek. AMMEN.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li f'kull tentazzjoni nilmhu dejjem 'l Alla Sinjur li jkun jikkmanda lill-qaddej tieghu. DEO GRATIAS.