waqfa numru 123- GESU' ARRESTAT
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fl-Ort tal-Getsemani mdawwar b'suldati lhud li armati gew biex jarrestawh, icanfar lil Guda li kien resaq ibusu, jghidlhu: "B'bewsa titradixxi Bin il-Bniedem?". (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ma ningannaw lil hadd bl-ebda mod. AMMEN.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nezaminaw dak li naghmlu mhux mill-oggett biss, izda mill-fini u mic-cirkustanzi l-ohra wkoll. DEO GRATIAS