waqfa numru 124- QUDDIEM IL-QAWWA TA' GESU'
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fl-Ort tal-Getsemani jistaqsi lis-suldati lil min kienu qed ifittxu u wara dawn wegbuh 'l Gesu' ta' Nazaret , qallhom: "Jiena hu," u stabtu ma' l-art. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nitbezzghu mill-qilla tal-haqq tieghek. AMMEN.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nezaminaw dak li nitghallmu bi spejjes ta' haddiehor. DEO GRATIAS