waqfa numru 128- GESU' QUDDIEM KAJFA
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu quddiem Kajfa jaqla' daqqa ta' harta ghax wiegbu li ma kellux isaqsi lilu fuq id-duttrina u fuq l-iskulari tieghu, izda lil dawk li semghuh. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li f'kull umiljazzjoni taghna niftakru fl-umiljazzjonijiet li sofrejt minhabba fina. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nitolbu mahfra 'l Alla mhux biss tad-dnubiet li ghamilna, izda wkoll ta' dawk li haddiehor ghamel minhabba fina. DEO GRATIAS