waqfa numru 135- BARABBA FLOK GESU'
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu jigi mwarrab mill-poplu, li mxewex mill-kbarat ried lilu msallab u mehlus lil Barabba, halliel u qattiel wara li Pilatu wriehom li anqas Erodi ma sab fih htija. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nitbezzghu mill-gieh u l-istimi li d-dinja toffrilna. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ninzghu minn kull passjoni ta' mhabba, ta' mibgheda jew ta' korla meta nigu biex niggudikaw. DEO GRATIAS