waqfa numru 139 - GESU' GHAL DARB'OHRA QUDDIEM PILATU
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fil-pretorju jzomm is-skiet ghall-mistoqsija li ghamillhu Pilatu mnejn kien, u dan inkurlat urieh is-setgha li kellu fuqu li jehilsu jew joqtlu u ghalhekk Gesu' jwiddbu li kull setgha hija minn Alla u dnub akbar ghandu minn ikkunsinnah f'idejh. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li fil-liberta' taghna ma nohorgu qatt mit-triq tal-gustizzja. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ma nissahhnux izzejjed f'kawza gusta kontra l-proxxmu. DEO GRATIAS