waqfa numru 144 - IL-VERONIKA
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu tiela' il-Kalvarju u mara Lhudija tersaq tixxuttalu wiccu bil-velu taghha li fih huwa halla x-xbiha tieghu. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nzommu dejjem stampata f'qalbna l-passjoni u l-mewt tieghek biex nghixu dejjem rikonoxxenti lejk. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ngibu fuqna dejjem ghall-protezzjoni taghna xi haga mqaddsa. DEO GRATIAS