waqfa numru 157 - F'IDEJK NERHI L-ISPIRTU TIEGHI
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fl-ahhar pont ta' hajtu, mis-sodda tat-tbatijiet tieghu jirrikmanda f'idejn Missieru l-ispirtu tieghu u b'ghajta kbira jbaxxi rasu u jmut. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li f'kull stat ta' niket f'hajjitna nirrakpomandaw ruhna f'idejn il-Hallieq taghna b'fiducja shiha ta' iben fil-missier tajjeb u hanin tieghu. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li qabel norqdu naghmlu l-ezami tal-kuxjenza u nitolbu mahfra u nirringrazzjaw lil Alla. DEO GRATIAS