waqfa numru 161 - GESU' MIDFUN
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu mkeffen fil-lozor wara li gie midluk b'ingwent prezzjuz skont id-drawwa Lhudija u mqieghed f'qabar gdid. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li mmutu ghad-dinja u ghalina nfusna biex naghmlu frott ta' vera qdusija. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nghixu dejjem lesti ghall-mewt. DEO GRATIAS