waqfa numru 163 - GESU' JIRXOXTA MILL-IMWIET
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu sbieh il-Hadd johrog glorjuz u rebbieh mill-qabar maghluq u ssigillat biex qatt ma jmut aktar. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ma niccaqalqu qatt mill-fidi taghna mwaqqfa fuq il-Qawmien glorjuz tieghek. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ma naghmlu ebda opra servili f'jum ta' festa minghajr kawza gusta. DEO GRATIAS