waqfa numru 165 - L-ANGLU JHABBAR LIN-NISA TWAJBA
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu mhabbar mill-Anglu lin-nisa twajba li dak Gesu' li kienu qed ifittxu muhiex fil-qabar, izda rxoxta kif Hu stess qal, billi dawn kienu marru apposta biex jidilkuh bil-fwejjah. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li jkollna dejjem bxarat ta' farag u ta' paci fuq l-istat ta' ruhna. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ma nqarqu b'hadd la bil-kelma u anqas bl-imgieba taghna. DEO GRATIAS