waqfa numru 167 - KRISTU RXUXTAT U L-MADALENA (2)
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu rxuxtat iwissi lil Marija Madalena biex ma tmissux ghax kien ghadu ma telax ghand Misssieru u jibghatha tghid lil Appostli li huwa tiela ghand Missieru u lMissier taghhom ghand Alla tieghu, ghand Alla taghhom. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li fil-hajja tar-ruh taghna ma nqisux il-hlewwiet, izda bil-wisq it-tbatijiet. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nzommu gravita' meta nittrattaw ma' sess divers. DEO GRATIAS