waqfa numru 173 - KRISTU JAGHTI L-ISPIRTU SANTU
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu f'nofs l-appostli tieghu, li wara li tahom mal-paci l-istess Missjoni li tah Missieru, jonfoh fuqhom jghid: "Hudu l-Ispirtu Santu, id-dnubiet ta' dawk li tkunu hfirtu jkunu mahfurin u ta' dawk li tkunu zammejtu, ikunu mizmumin . (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nhejju ruhna kif jixraq ghas-sagrament tal-Qrar. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nimmeditaw 'l Alla fuq il-bniedem li huwa mahluq ghax-xbieha tieghu. Deo gratias