waqfa numru 178 - KRISTU RXOXT JKELLEM LIL APPOSTLI
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu jiekol quddiem il-hdax tieghu mill-huta mixwija u mix-xehda ghasel li kienu ipprezentawlu u jghidilhom li kien jehtieg li jigu mitmumin il-hwejjeg kollha miktubin fuqu fil-ligi ta' Mose', fil-Profeti u fis-Salmi u jifthilhom ghalhekk is-sens biex jifhmu l-Iskrittura.(Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nikkonsultaw ruhna f'kull ispirazzjoni li jkollna. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li naghmluhza dejjem ma min hu ahjar minna. Deo Gratias.