waqfa numru 180 - KRISTU RXOXT JKELLEM LIL APPOSTLI (3)
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu ftit qabel ma tela' fis-sema, iwissi lill-hdax tieghu li jibqghu fil-belt ta' Gerusalemm, u ma johorgux qabel ma jkunu tlibbsu bil-virtu mis-sema, ghax kellhom jircievu l-imwieghed Spirtu Santu. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ma nitbieghdux mill-okkazzjonijiet li jqawwuna fil-hajja spiritwali. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li naghmlu mezzi ghall-fini. Deo Gratias.