waqfa numru 78 - L-IMWIELED GHAMA
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu jigi adurat b'Iben Alla minn wiehed ragel li kien imwieled ghama u li l-Lhud kienu keccewh mis-Sinagoga ghax baqa' jsostni li Kristu kien tasssew minn Alla ghax kieku ma kienx itih itd-dawl (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nersqu dejjem izjed lejk, veru dawl tad-dinja biex nagharfu ahjar lilna nnfusna. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nilmhu l-hbiberja ta' Alla waqt it-tbatija taghna.
DEO GRATIAS.