waqfa numru 79- GESU' JAGHZEL ID-DIXXIPLI TIEGHU
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu jaghzel 72 dixxiplu, inferjuri ghal appostli u jibghathom tnejntnejn bhal hrief fost l-ilpup quddiemu, fejn hu stess kien biex imur u jghidilhom jitolbu lil Alla li jibghat haddiema fil-hsad tieghu ghax dan huwa bosta u ftit il-haddiema.(Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li naghtu kif nistghu ghajnuna ghas-salvazzjoni ta' l-erwieh jew billi nghallmu jew bl-ezempju t-tajjeb jew bit-talb jew bl-elemozni. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nressqu kemm nistghu erwieh lejn Alla.
DEO GRATIAS.