waqfa numru 80- ID-DIXXIPLI JIFIRHU
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu mdawwar bi 72 dixxiplu ferhanin li d-demonji jobduhom fl-isem tieghu, ighidilhom li ghandhom jifirhu mhux ghalhekk, izda ghax isimhom huwa miktub fis-sema wara li qalilhom li hu kien ra lil Satana jaqa' mis-sema bhal sajjetta.(Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li naraw fina s-sinjali konsolanti li ismijietna huma miktuba fil-ktieb tal-hajja. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li fil-felicita nzommu r-raguni u fl-infelicitra' l-pacenzja.
DEO GRATIAS.