waqfa numru 86- GESU' U Z-ZWIEG
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu mdawwar bil-Farizej jistaqsuh jekk iz-zwieg jistax jinhall, iwegihom li dak li ghaqqad Allama jifirdux il-bniedem u li Mose' ghall- ebusija ta' qalbhom kien tahom il-permess li jibghatu n-nisa taghhom, ghax mill-bidu ma kienx hekk (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ma ninfirdu qatt mill-ebda ligi kemm naturali u kemm divina biex inkunu dejjem maghqudin mieghek bil-vinklu ta' l-imhabba. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nnehhu minna mhux biss il-hazen, izda anke l-gherq tal-hazen li hu fix-xewqa.
DEO GRATIAS.