waqfa numru 89- GESU' JURI LI HUWA ALLA
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu mdawwar bil-Lhud jistaqsihom galiex riedu ihaggruh u x'hin wegbuh li ghax ghamel lilu nnifsu Alla, gibilhom l-eghmejjel tieghu b'xiehda li kien Alla, ghalhekk riedu jaqbduh, izda hu hareg minn idejhom u mar 'l hemm mill-Gordan. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ma nkunux ostili quddiem verita' imsahha bir-raguni. Ammen
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ma niksru ebda jedd tal-proxxmu, sija haj, sija tal-fama u sija ta' gid iehor
DEO GRATIAS.