waqfa numru 92- MARTA TILTAQA' MA' GESU'
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu mad-dixxipli tieghu jmur biex jirxoxta lil Lazzru u Marta fit-triq tiltaqa' mieghu u tghidlu li huha ma kienx imut , kieku hu kien hemm; u huwa jwegibha li huwa hu l-qawmien u l-hajja u li min jemmen fih ma jmut qatt. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ma nsewdu qatt qalbna fil-hsieb tal-mewt temporali taghna, izda li nixtiequha bit-tama li ninghaqdu mieghek ghal dejjem. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li meta nisimghu bl-ahbar ta' xi hadd miet noffru ghar-ruhu il-pjagi ta' Gesu' Kristu.
DEO GRATIAS.