waqfa numru 93- GESU' JIKBI LIL LAZZRU
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu jikbi barra t-triq fejn kienet iltaqghet mieghu Marija ghax raha f'rigleh tikbi u l-Lhud maghha jikbu fuq il-mewt ta' huha Lazzru u wkoll flimkien imorru fuq il-qabar, li kien ghar bi blata fuqu. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li f'kull mizerja taghna nharsu lejn qalbek, veru kenn u refugju ta' kull min jaghrfek. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ma nzommux dina l-art b'genna jew bi premju ta' virtu', izda lok ta' prova u b'kamp ta' kumbattiment.
DEO GRATIAS.