waqfa numru 94- GESU' JIRXOXTA LIL LAZZRU
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fost folla ta' Lhud b'lehen gholi jsejjah lil Lazzru mejjet minn erbat ijiem biex johrog barra minn qabru u bosta mill-Lhud li kienu hemm ma' Marija u ma' Marta emmnu fih, x'hin raw lil Lazzru hiereg haj kif kien imkeffen u ohrajn marru jghidu lil Farizej dan il-kbir miraklu, li ghamlu laqgha, kontra tieghu biex jeqirduh. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li ma nharsux lejn il-hila tal-hwejjeg mahluqa, izda lejn il-qawwa tal-kelma tieghek. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li kull deni nohduh b'gid.
DEO GRATIAS.