waqfa numru 95- GESU' IMFITTEX
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu mfittex bi kmand tas-Sacerdoti u tal-Farizej li kienu taw li min ikun jaf fejn hu jghidilhom biex jaqbud u joqtluh billi bezghu li kulhadd jemmen fih ghal bosta mirakli li kien jagheml; izda ma sabuhx ghax kien mar bil-mohbi ma' gemb dezert fejn kien jghammar mad-dixxipli tieghu. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li fil-persekuzzjonijiet ghall-gid li naghmlu, nitfarrgu billi nkunu nixbhuk. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nissiebhu ma' Gesu' Kristu fit-tbatijiet, fil-faqar u fiz-zeblih.
DEO GRATIAS.