waqfa numru 96- OMM GAKBU U GWANNI TITLOB FAVUR LIL
GESU'
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu jitkellem ma Gakbu u Gwanni u ommhom ighidilhom li ma kienitx f'idejh li jaghti lil dawn iz-zewg appostli li joqghodu mieghu fil-leminija l-wiehed u fix-xellugija l-iehor fir-renju tieghu, izda ghal dawk li diga' huwa mhejji minn Missieru, ghax ommhom kienet talbitu dan il-favur. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nkunu dejjem lesti li noqghodu fl-istat li jqieghedna fih il-Missier divin tieghek. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ma nindahlux fejn ma jesaniex.
DEO GRATIAS.