waqfa numru 97- GESU' U ZAKKEW
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu jgieghel lil Zakkew, kap ghani tal-pubblikani, jinzel mis-sigra fejn kien tela' biex jarah ghaddej, billi kien qasir u dan ferhan jilqghu f'daru fejn niedem jistqarrlu li jrid jirripara hajtu l-imghoddija. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li b'vera indiema nirriparaw kull dnub u specjalment kontra l-proxxmu. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li nsewwu kull zball qabel johrog l-effett minnu.
DEO GRATIAS.