waqfa numru 99- GESU' F'DAR XMUN L-IMGIDDEM
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti nzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu ghall-mejda f'dar Xmun l-Imgiddem fost it-tgergir tad-dixxipli tieghu, ifarrag lil Marija Madalena li dilkitlu rasu b'ingwent prezzjuz wisq u jhabbar li b'tifkira taghha tixxandar mad-dinja kollha din l-azzjoni li ghamlet hemm mieghu. (Pawsa)
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nzommuk f'qalbna b'uniku oggett prezzjuz ta' l-imhabba taghna. Ammen.
Proponiment - L-ahwa tieghi nipproponu li ngawdu dejjem paci perfetta billi ma nixtiequ ebda haga ta' dina l-art.
DEO GRATIAS.